X’mużika tisma’ int u sejjer għax-xogħol?
Tixgħelu r-radju jew fis-silenzju int u ssuq għax-xogħol?
U jekk tixgħel ir-radju, x’mużika tisma’? Tisma’ programmi lokali, barranin, aħbarijiet Ingliżi, taqilbu fuq stazzjon Taljan?
Jew tqabbad blue tooth u tisma’ xi Tchaikovsky? Hawn min minn filgħodu jisma’ t-techno hu u sejjer għax-xogħol. Mhux kulħadd l-istess.
Jekk fil-Milied, jaqilbu fuq stazzjon tal-Milied jew erħilu jitfa’ kumpilazzjoni ta’ kanzunetti marbuta mal-Milied b’mod ripetut imma li jdaħlu fl-ispirtu.
Jekk ġejja l-Ġimgħa l-Kbira, xi marċ funebru għaddej ħalli jħoss l-ispirtu tal-mument.
Hemm min ikun irid jisma’ l-analiżi tal-ġurnali jew xi diskussjoni politika minn filgħodu.
Intom x’tisimgħu?