Xogħlijiet f’daqqa f’pajjiżna – iżjed stress jew ifisser li x-xogħol isir?
Il-famuż facebook f’pajjiżna jikxef ħafna l-frustrazzjoni tal-poplu meta jsibu xi triq maqlugħha jew ikun għaddej xi proġett. Dlonk jiġru għal fuq facebook bħal donnu hekk, iwasslu r-rabja tagħhom.
Fl-istess ħin ma tagħti tort lil ħadd. U fl-istess ħin ukoll, ix-xogħol irid isir.
Imma f’Malta u Għawdex, ix-xogħol isir kollu f’daqqa mingħajr ma nagħtu nifs u ċans lill-pubbliku jaddatta għal xogħol li jkun għaddej f’post, u nippreżentawlu proġett, u allura, inkonvenjent ġdid?
Kemm naħsbu fuq dan mill-aspett ta’ ppjanar? Jew inkella kull entità trid twettaq xogħolha mingħajr ma tagħti kas is-siwtazzjoni? Basta twettaq hi wkoll.
Taħsbu li dan in-nuqqas huwa kaġun enormi tal-istress fit-toroq fil-poplu tagħna?