10 affarijiet li jista’ jkun ma tafx dwar l-Awstralja…
Il-pajjiż magħruf għall-kangaru u l-koala huwa post verament sorprendenti. L-Awstralja mhux talli tospita fiha wħud mill-iktar annimali ħelwin u tal-biża’, bajjiet il-ġmiel tagħhom, ibliet moderni u eluf ta’ Maltin, iżda hija wkoll magħrufa bħala waħda mill-postijiet l-aktar kuntenti fid-dinja.
Anke jekk taħseb li taf kollox dwar l-Awstralja, jaf tkun sorpriż b’xi wħud minn dawn il-fatti li se ngħidulkom hawn taħt:
- Il-pajjiż kien iffundat minn delikwenti. Lura fis-snin 1700, il-kolonizzaturi Ingliżi waslu New South Wales u ġabu magħhom diversi delinkwenti bħala “punizzjoni”.
- Il-Great Barrier Reef fiha daqs nofs Texas! Infatti fiha aktar minn 2,250 kilometru.
- Hemm aktar kanguri u nagħaġ jgħixu fl-Awstralja milli nies.
- Żmien ilu, Melbourne kienet waħda mill-aktar bliet sinjuri fid-dinja fis-snin 1850.
- Is-selfie nħoloq minn raġel Awstraljan fl-2002.
- Biex tara kull bajja li hemm fl-Awstralja għandek bżonn 27 sena. Infatti, hemm total ta’ 10,685 bajja mifruxin mal-pajjiż kollu.
- L-Awstralja tant hi kbira, li fiha kapaċi tpoġġi 30 pajjiż!
- Il-gżira ta’ Tasmanija għandha l-aktar arja nadifa u pura fid-dinja.
- Aktar minn 234,000 persuna fl-Awstralja jgħidu li twieldu Malta jew li għandhom dixxendenza Maltija.
- Jekk inti tħobb il-pastizzi, meta żżur Melbourne u Sydney se ssib diversi ħwienet li jbigħuhom.