12-il punt li għandek tkun taf qabel il-vjaġġ li tiegħek lejn Munich
Jekk se tkun qed tesplora Munich għall-ewwel darba, f’dan l-artiklu se ngħidulkom xi affarijiet li għandek tkun taf u li tista’ tagħmel sabiex il-vjaġġ tiegħek ikun wieħed memorabbli.
- Munich mhix belt tipika kollha torrijiet, anzi ħafna jħarsu lejha bħala villaġġ żgħir minħabba l-karratteristiċi tagħha. Se tara ħafna nies bir-rota, kulħadd jaf lil kulħadd u ħafna jsellmulek fit-triq, anke jekk ma jafux min inti.
- Ġorr miegħek il-flus, mhux kull restorant u ħanut jaċċetta l-karti ta’ kreditu.
- Il-Ġermaniżi huma persuni diretti fil-komunkazzjoni tagħhom, jekk tagħmel xi żball, se jgħidulek. Mhux se joqgħodu jduru mal-lewża.
- Għal dawk li jħobbu s-surfing, Eisbach huwa l-post perfett għalihom! Għalkemm l-ilma huwa kemmxejn iktar kiesaħ, allura idealment tarmalu wetsuit naqra ħoxna.
- Jekk tħobb il-birra, żur il-bars li jgħidulhom “Boazn”.
- Titħassibx ħafna dwar l-ispejjeż jekk tiddeċiedi li żżur diversi mużewijiet. Infatti, ħafna mill-mużewijiet fi Munich jiswew €1 biss meta żżurhom nhar ta’ Ħadd.
- Żur żjara s-suq tal-ħaxix u l-frott f’Viktualienmarkt. Hawn issib ukoll ikel ippreparat dak il-ħin stess u anke diversi birer.
- Fi Munich m’għandekx bżonn tikri karozza. It-trasport pubbliku huwa effiċjenti, filwaqt li ħafna mill-attrazzjonijiet prinċipali jinsabu fiċ-ċentru u tista’ timxi għalihom jew tmur bir-rota.
- Il-ħwienet jgħalqu nhar ta’ Ħadd. Jiġifieri jekk se tippjana li tmur shopping, mur ġurnata oħra.
- Il-pożizzjoni ta’ Munich tippermettilek aċċess faċli għal muntanji permezz ta’ vjaġġ qasir bit-tren fejn tkun tista’ żżur anke bars ċkejknin bl-isem ta’ “Almhütte” u tieħu birra b’veduta mill-isbaħ.
- Fi Munich se ssib ħafna graffitti differenti li ġeneralment jinsabu fil-mini varji madwar il-belt.
- Jekk id-dieta tiegħek ma tippermettilekx tiekol karbojdrati se jkollok tgħalaq għajn waħda fi Munich hekk kif din il-belt hija magħrufa għal ħobż differenti, inkluż il-famużi pretzels.