14-il punt li għandek tkun taf qabel ma titla’ fuq ajruplan għall-Indja…

 14-il punt li għandek tkun taf qabel ma titla’ fuq ajruplan għall-Indja…

Jekk wieħed mill-vjaġġi li jmiss tiegħek se jkun lejl l-Indja, mela hemm diversi affarijiet li għandek tkun taf, tagħmel jew tiffamiljarizza lilek inniffsek magħhom qabel ma titla’ fuq dak l-ajruplan.

  1. Ħu l-vaċċini kollha li hemm bżonn qabel ma ssiefer. Ibda billi tara x’vaċċini diġà ħadt u kkonsulta ma’ tabib minn tal-inqas tmien ġimgħat qabel ma ssiefer biex tara x’vaċċini għandek tieħu qabel tmur.
  2. Ipproteġi lilek innifsek mill-malarja billi tevita li tixrob ilma li mhux ġej minn fliexken issiġillati, filwaqt li orqod b’netting apposta li jwaqqaf in-nemus milli jidħol fil-kamra u jigdmek.
  3. Tella’ miegħek ftit mediċina bażika, fosthom pilloli f’każ ta’ diarrhea. Meta tiekol fl-Indja, jekk inti m’intix abbitwat għat-tip ta’ ikel u ħwawar tipiċi tal-pajjiż, jaf ikollok xi ftit problemi bl-imsaren.
  4. Ipprepara lilek innifsek għal xokk kulturali. Mur b’moħħ miftuħ u lest li jaċċetta l-kultura differenti li għandu l-pajjiż mingħajr preġudizzji u reżistenza.
  5. Jekk se tidħol f’tempju, trid tneħħi ż-żarbun. Allura huwa importanti li jekk se tkun qed iżżur it-tempji, tieħu miegħek żarbun li faċli tilbsu u tneħħieħ, filwaqt li tilbes ukoll kalzetti.
  6. Idealment aħseb għal SIM card jew eSIM għall-vjaġġ tiegħek sabiex jibqa’ jkollok aċċess għall-internet, għat-telefonati u l-messaġġi mingħajr problemi.
  7. Jekk se tagħmel xi ġurnata barra, ġorr miegħek it-toilet paper u hand sanitiser. Mhux dejjem se ssibhom fil-latrini pubbliċi.
  8. Oqgħod attent mill-iscams…bejn uffiċċji tal-biljetti foloz, pickpockets u xufiera tat-taxi li jgħidulek li l-lukanda tiegħek ma teżistix biex joħduk x’imkien ieħor, fost oħrajn, faċli li tispiċċa vittma ta’ xi qerq.
  9. Ippjana sew it-tip ta’ vjaġġ li tixtieq tagħmel biex tifhem l-aħjar perjodu tas-sena li fih għandek iżżur l-Indja.
  10. Jekk se tikri karozza, regola li għandhom l-Indja hija li meta tmur fil-pompa tal-petrol, trid toħroġ mill-karozza bħala miżura ta’ sigurtà.
  11. Il-koppji ma jistgħux juru affezzjoni fil-pubbliku.
  12. Tgħallem kul b’idejk.
  13. Qabel ma tixtri flixkun ilma, ħares lejh sew u ara li verament huwa ssiġillat.
  14. Meta tixtri xi ħaġa għodd sew il-bqija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com