Tqarmeċ taħt snienek u mimlija sa ruħ ommha…ara x’inhi!

 Tqarmeċ taħt snienek u mimlija sa ruħ ommha…ara x’inhi!

Tqarmeċ taħt snienek.
Mimlija sa ruħ ommha.
Mħawwra bl-aktar ħabaq frisk.
Imdellka bl-itjeb kunserva lokali.

Jekk għadkom ma qtajtux x’inhi…qed nitkellmu fuq il-ftira Maltija. Il-ħobża tonda, ċatta u mħawwra li tinżillek għasel, is-sena kollha, iżda b’mod partikolari fis-sajf. Meta tkun quddiem il-baħar u jiġik l-aptit li tiekol xi ħaġa, tiftaħ il-cooler u toħroġ biċċa ftira papali. Magħha tiftaħ ukoll xi flixkun Kinnie ħalli tħossok Malti pur, u ħallieh iħabbat!

Il-ftira Maltija ilha takkumpanjana għal ħafna snin, iżda hemm waħda speċifika li bosta jgħidu li hija l-aktar waħda tajba f’Malta. Nafu eżatt liema ftira ġiet f’moħħkom…xejn ħlief il-ftira biż-żejt ta’ Andrew’s Snack bar.

Din il-ftira hija ikonika għaliex ilha ssir bl-istess riċetta u metodu għal aktar minn 50 sena. Iva hekk hu…il-ftira li kien jiekol fi żmienu n-nannu mingħand Andrew’s, hija l-istess ftira li qed tiekol int illum.

Imma x’jagħmilha daqshekk speċjali din il-ftira? Tixtriha meta tixtriha, din se ssibha dejjem friska. Ir-raġuni hija li l-ħobż jasal frisk, kull sagħtejn, sabiex ta’ Andrew’s jassiguraw li kull ftira li jbigħu jkollha dik it-tqarmiċa perfetta u sodisfaċenti sa mill-ewwel gidma.

L-ingredjenti tal-ftira huma wkoll friski…naqra tonn taż-żejt, fażola, ħass, ġardiniera, żebbuġ u kappar, kunserva ta’ vera, żejt taż-żebbuġa, ħabaq frisk, bżar u melħ u għidilna x’qed tiekol. Intant, hemm min ikun iridha aktar imħawwra u saħansitra jżidulha l-ġbejna tal-bżar jew anke z-zalzett tal-Malti. Insomma, żgur li l-ftira se tissodisfak!

Allura x’se tagħmel? Se tmur iżżur waħda lil ta’ Andrew’s Snack Bar għal ftira tajba jew?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com