5 ideat li jistgħu jibdlulek ħajtek! Ma tistax ma taqrahx

 5 ideat li jistgħu jibdlulek ħajtek! Ma tistax ma taqrahx

Le mhux se ngħidulkom il-kliem tas-soltu: kuraġġ, kun pożittiv u kliem ieħor li xbajna nisimgħu. Imma veritajiet li jiddependi minnek li tibda twettaqhom u timxi ‘l quddiem.

  1. L-umanità taf tkun diżgustanti kultant. trid taċċettaha inkella ħa toqgħod tgerger kemm qed tweġġa’ u dispjaċiri u sebaħ u dalam. Affaċċja l-fatti. Prova tkunx hekk inti, mill-bqija imxi ‘l quddiem. Inutli li nilagħbuha tal-innoċċenti u li nitkażaw u li niskruplaw eċċ, eċċ, għax xi darba jew oħra, ilkoll għamilna nuqqasijiet aħna stess.
  2. l-uġiegħ huwa inevitabbli. Li ssofri hija għażla. Żgur xi darba jew oħra se tweġġa; sew jekk minn relazzjoni, ħbiberiji, sitwazzjonijiet fil-familja jew ix-xogħol. Issa jew teħel magħhom jew inkella se temmen li r-rota ddur. Kapaċi tkun int stress li se tweġġa’ lill-oħrajn, jiġifieri dak li qed taħseb fuq kemm weġġgħak ħaddieħor, af tkun għamiltha qabilhom int jew għad trid tagħmilhom. Nhewdnu wisq, nixtiequ ħafna … imma rridu ngħixu li aħna u naċċettaw u napprezzaw. Inkella għix ħajtek tixxennaq. Dan jgħodd ukoll għal min jgħir jew joħlom li jkun bħal dik jew dak.
  3. Dak li temmen fih, maż-żmien kapaċi jfalli. Dan jgħinek tikber. Ma tibqax imwaħħal mal-ħin u l-post u l-persuni u l-jobs. Dak li llum huwa suċċess, fi ftit snin kapaċi ma jibqax jitqies l-istess. Kun sod miegħek innifsek li tgħaraf dan u aċċetta l-ġdid u l-progress. Anke aħna m’aħnhiex għal hawn. Teħilx. Imxi. Ikber. Prova modi ġodda.
  4. Ma jistħoqlok xejn. La t-tajjeb u qas il-ħażin. Aħna m’aħnhiex allat. Mill-ħażin joħroġ it-tajjeb u mit-tajjeb nitgħallmu d-differenti. Din li nemmnu li dejjem jistħoqqilna aħjar u iżjed, sfortunatament iġġibna mikluba għal iżjed u iżjed. Ma nieqfu qatt irridu. Nispiċċaw ħajjitna niġru wara l-ħin biex nieħdu li rridu … u jekk naslu, inkunu xjaħna jew ma nkunux imradna bil-ħsieb. Ikkalmaw.
  5. Dak kollu li tħobb, għad jispiċċa. Kemm il-materjal u anke n-nies. Irridu mmutu. Iebsa imma dik hi. Hekk magħmulha s-sistema.

Iebsin veru. Imma realtà.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com