Ġenituri li jtellgħu ritratti u jesponu lil uliedhom!!

 Ġenituri li jtellgħu ritratti u jesponu lil uliedhom!!

Jekk tqalleb ftit fuq instagram jew facebook, spiss naraw ritratti tat-trabi tagħna jew tfal żgħar. Qabel nitfgħu, irridu naħsbu ftit. Qed nippubblikaw ritratti li żgur m’hemmx kunsens tagħhom għaliex kif qed ngħidu, dawn huma trabi jew tfal.

Naħsbu qabel nagħmlu hekk? La jikbru x’se jgħidulna? Tgħid biex niġbdu iżjed attenzjoni?

Mingħajr ma nkunu qed nirrealizzaw, inkunu qed nippubblikaw informazzjoni personali anke fuq uliedna. Saret moda wkoll li ntellgħu xorta r-ritratt u ngħattu wiċċ it-trabi b’xi emoji daqshiex. Tagħmel sens?

Naħseb qas hemm għalfejn ngħidu ħafna dwar dan għax il-loġika tkellmek. Uliedek huma tiegħek u għalik. Sabiħ u iżjed minn hekk, importanti li tkun kburi. Imma aħseb fil-privatezza u s-sigurtà tagħhom ukoll, qabel kollox!!!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com