8 azzjonijiet li jwaqqgħulek il-batterija tal-mobile malajr

 8 azzjonijiet li jwaqqgħulek il-batterija tal-mobile malajr

Mobile dgħajjef iqabbdek ħafna nervi. Biex tixtri ieħor, mhux xi ħaġa ta’ malajr għax biex tixtri mobile ġdid, trid ammont sew. Skont x’tixtri. Imma ħafna drabi nagħżlu li nixtru l-aqwa għax naħsbu li hekk l-aħjar li nagħmlu la se nixtru.

Dawn huma tmien azzjonijiet li nagħmlu mingħajr ma dejjem nirrealizzaw, li kapaċi jaħlulek u jgħajjulek il-batterija tal-mobile malajr:

  1. Skrin b’dawl qawwi. Hemm funzjoni li tbaxxi s-saħħa ta’ dawl li jkollok fuq il-mobile, saħansitra anke jaqleb bi sfond iswed għal filgħaxija. Mhux biss jgħin biex isalva l-batterija imma jgħinek ukoll biex isserraħ l-għajnejn.
  2. it-temperatura. Din mhux dejjem jiddependi minna nfusna. Imma hemm mumenti fejn ġieli ninsew il-mobile fix-xemx. Dan isaħħan il-batterija malajr. L-istess tagħmel il-kesħa. Il-mobile jaf ikun sensittiv għal temperaturi eċċessivi.
  3. Apps bla bżonn. Sirna nużaw ħafna l-google maps avolja pajjiżna żgħir imma l-postijiet mhux dejjem inkunu nafu fejn qegħdin. Din l-app jekk ma għandekx bżonnha ħassarha. Tieħu ħafna spazju u enerġija. Hemm diversi apps oħra li tista’ tneħħi. Saħansitra netflix fuq il-mobile. Imma f’idejk.
  4. Tħalli l-WiFi u l-bluetooth mixgħul il-ħin kollu. Jekk titfieħ kultant, mhux biss jissevja l-batterija, imma sserraħ moħħok mhux il-ħin kollu bin-notifikazzjonijiet deħlin. għal darb’oħra, f’idejk.
  5. Servizz ħażin. Dan mhux dejjem fil-kontroll tagħna. Jekk ma taqbax; sew internet jew anke telefonata toqgħod taqgħalek, hija loġika li se tkompli tipprova. X’tagħmel!
  6. Notifikazzjonijiet. Sirna noħolqu ħafna group chats. Paġni u gruppi anke fuq facebook. Li jkollok il-mobile għaddej kontinwu, ovvja li se joħodlok ħafna mill-enerġija tiegħu. Prova arkivja xi chats ukoll.
  7. il-vibrazzjoni. Mhux veru li mobile fuq ‘vibrate mode’ jissevja l-batterija. Prattikament, li tħalli l-mobile idoqq huwa aħjar. Din imbagħad tiġi kontraditorja għal meta ngħidu biex innaqqsu l-ħafna storbju li ħajjitna mdawra bihom. Forsi tagħżel ħin u ħin għal kull mod.
  8. Logħob u video calls. Bla dubju, dawn, speċjalment il-logħob se jġiegħelek tqatta’ ħafna ħin tuża l-mobile.

Ara li meta se jkollok bżonn il-mobile għal affarijiet iżjed importanti, tissevja l-batterija għax illum, mingħajr mobile neħlu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com