“Se titlifli l-paċenzja!”…nafu nissaportu?

 “Se titlifli l-paċenzja!”…nafu nissaportu?

Jgħidu li l-paċenzja hija virtu, imma mhux dejjem ikun daqshekk faċli tipprattikaha. Kollha kemm aħna f’xi mument jew ieħor nitilfu l-paċenzja…jekk qed nistennew f’xi kju, jekk qed naffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli jew qed anke forsi qed nistennew xi avveniment importanti jasal fiż-żmien li ġej.

Biex wieħed jitgħallem jieħu paċenzja hemm bżonn jiddedika ħin, jipprattika u jagħmel sforzi ta’ kuljum. Din mhix xi ħaġa li tinbidel mil-lum għall-għada, imma ħila li wieħed jikkultiva maż-żmien. Hawn taħt se ssibu ftit affarijiet li jistgħu jgħinukom tibnu l-paċenzja:

  1. Ibqa’ kalm, ħu nifs ‘il ġewwa u ieħor ‘il barra u pprattika l-mindfulness. Din il-prattika tgħinna fil-kontroll tal-emozzjonijiet u biex niffukaw l-attenzjoni tagħna.
  2. Tgħallem isma’ lil ħaddieħor u pprattika l-empatija, sabiex tipprova tifhem aħjar minn fejn tkun ġejja persuna u għaliex tkun irreaġġiet b’dak il-mod.
  3. Affronta d-diffikultajiet b’moħħ miftuħ u kun reżiljenti. Ir-reżiljenza hija dik il-forza li tgħinek tkompli għaddej bil-ħajja, minkejja mumenti diffiċli li tkun għaddejt minnhom.
  4. Iffoka fuq l-affarijiet pożittivi billi żżomm djarju ta’ gratitudnijiet. Ta’ kuljum, ikteb fih l-affarijiet pożittivi li ġrawlek sabiex titgħallem dejjem aktar tapprezza l-pożittiv fil-ħajja.
  5. Tgħallem ħu l-ħin tiegħek, m’hemmx bżonn tagħmel kollox bil-ġenn u bl-għaġġla. Ħajjitna saret wisq mgħaġġla, wisq irridu kollox fl-immedjat. Xi kultant huwa importanti nitgħallmu nieħdu l-affarijiet bil-kalma.
  6. Kun realistiku miegħek inniffsek u ma’ ħaddieħor. Jekk se toħloq miri li huma kważi impossibbli tilħaqhom, mela se tkun qed tpoġġi lilek inniffsek f’sitwazzjoni li twassal għal frustrazzjoni u nuqqas ta’ paċenzja. 
  7. Prattika xi ħaġa minn dak li semmejna hawn fuq ta’ kuljum sabiex maż-żmien tibni aktar il-paċenzja f’ħajtek.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com