Ara x’festi għandna f’Mejju li ġej! Jirranka l-istaġun!

 Ara x’festi għandna f’Mejju li ġej! Jirranka l-istaġun!

Kif itir iż-żmien. Il-festi bdew u issa jirrankaw u tista’ tgħid kull ġimgħa, l-irħula u l-ibliet Maltin jiċċelebraw festa mill-isbaħ ad unur il-padrun tagħhom.

Fl-ewwel ta’ Mejju, apparti li huwa Jum il-Ħaddiem, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp ħaddiem. Din tkun iċċelebrata wkoll fil-knisja tiegħu f’Birkirkara.

Fit-3 ta’ Mejju, il-Karkariżi bi ħġarhom isellmu lill-Imperatriċi Awgusta Santa Elena fil-festa tas-Salib. Baħar ta’ nies u emozzjoni kbira li l-Karkariżi huma uniċi hawnhekk, hekk kif tqum ferneżija pożittiva malli jaraw il-padruna tagħhom tfiġġ fil-bieb tal-Bażilika Kolleġġjata.

Imbagħad issir il-festa ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar (9 ta’ Mejju) u nerġgħu jkollna festa oħra f’Birkirkara, dik ta’ Sant’ Antnin (19 ta’ Mejju).

Ikun imiss il-festa devota lil Santa Rita fil-Belt Valletta (22 ta’ Mejju) u mbagħad, it-tarxiniżi jiċċelebraw l-Annunzjata (26 ta’ Mejju).

Fl-istess jum, jiġifieri fis-26 ta’ Mejju, tkun iċċelebrata wkoll it-Trinità Qaddisa fil-Marsa u n-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Munxar.

Viva l-festi tagħna. Wirt uniku rikonoxxut ukoll mill-UNESCO.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com