Flok ngħinu, l-ewwel noħorġu l-mobile biex niffilmjaw! Hekk sew?

 Flok ngħinu, l-ewwel noħorġu l-mobile biex niffilmjaw! Hekk sew?

Din oħra li saret donnha normali u kważi mistennija. Jiġri inċident, noħorġu l-mobile ħa niffilmjaw l-ewwel flok naraw x’għandu bżonn il-persuna jew kif nistgħu ngħinu.

Din hija l-era diġitali li fiha ħafna tajjeb imma fiha wkoll instigazzjoni li ġġiegħel lill-persuna tkun trid tkun hi l-ewwel li xxandar, turi, tispjega jew tinnotifika lin-nies li qiegħda hemm.

Dawn il-mumenti jekk wieħed jaħseb ftit fuqhom, huma ftit ‘off the grid’ jiġifieri, ma jmurx li jkun ġara xi ħaġa u int flok tagħti l-ewwel għajnuna tibda tiffilmja. Iżjed u iżjed meta l-każ li jkun seħħ, jitlob ftit diċenza u rispett.

Jintilef ħafna ħin ta’ sustanza li bih nistgħu verament ngħinu. L-iffilmjar inħalluħ għall-ġurnalisti biex iwettqu xogħolhom kif inhu mitlub. Hawnhekk imbagħad irridu nispjegaw, li dak huwa xogħolhom u ma jkunx tajjeb li nattakkawhom għax ħidmiethom huwa li jwasslu l-aħbarijiet ukoll.

Allura jekk naħsbu ftit, sirna nattakkaw lil min jagħmel xogħolu u nagħtu importanza bil-likes u l-kummenti lil min seta’ għen flok iffilmja?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com