Artiklu miktub minn Luigi fuq il-ktieb favorit tiegħu

 Artiklu miktub minn Luigi fuq il-ktieb favorit tiegħu

Jien jisimni Luigi Monseigneur, noqgħod il-Mosta u għandi għaxar snin. Inħobb naqra ħafna kotba differenti bil-Malti u bl-Ingliż. Bħalissa qiegħed naqra ktieb bil-Malti jismu ‘Orku Bellu’ u vera għandu storja tad-daħq!

Kotba li qrajt u jogħġbuni ħafna huma dawk ta’ David Walliams, Enid Blyton, Geronimo Stilton, Diary of a Wimpy Kid, ta’ Harry Potter u s-serje tan-Nanna Se jew ta’ Irvin Vella. Imma ktieb li laqatni l-iktar kien Robodog ta’ David Walliams. L-istorja hija dwar kelb magħmul mill-ħadid u hemm ukoll dawn il-qtates kattivi li jridu joqtlu lil Robodog. Kien hemm ġlieda kbira bejniethom għax il-qtates ġabu ħafna kreaturi kattivi magħhom bħal mostru b’żewġt irjus, dudu ġgant, ir-reġina tas-silġ, u mostri oħra kattivi ħafna bħal ‘Mighty Mind’ li kien makakk immens u ‘Hammerhands’ li kienet mara b’żewġt imrietel flok idejn. Tistgħu timmaġinaw kemm kienu feroċi! Però Robodog, li kellu poteri speċjali u idejn ġganteski rnexxielu jirbħilhom billi jitfagħhom dritt għal fuq il-qamar. Fl-aħħar Robodog mar id-dar mal-ħabib tiegħu Ratty li kien ġurdien gustuż, u l-ommijiet tiegħu, dawk li ħolquh, tawh tgħannieqa liema bħalha! Nispera li taqraw bħali għaliex il-qari jgħinek fl-iskola u biex timmaġina u toħlom isbaħ! Tislijiet u grazzi talli qrajtu dan l-artiklu u nispera li ħeġġiġtkom taqraw iktar. 😊 Luigi  
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com