“Ir-relazzjonijiet huma wisq strambi…”

 “Ir-relazzjonijiet huma wisq strambi…”

Hawn min jgħid li r-relazzjonijiet romantiċi huma wisq strambi. Infatti għal ħafna jaf jidhru strambi u kkumplikati minħabba diversi raġunijiet.

Fattur komuni huwa li jinvolvu żewġ individwi uniċi li għandhom ħsibijiet, emozzjonijiet u esperjenzi differenti, u li jiddeċiedu li jkunu flimkien u jiffurmaw konnessjoni. Din it-taħlita ta’ personalitajiet, mentalitajiet soċjali u aspettativi differenti tista’ toħloq kumplikazzjonijiet.

Apparti minn hekk, normi soċjali u influwenzi kulturali jistgħu wkoll jaffettwaw il-mod li bih dak li jkun iħares lejn relazzjoni u l-aġir tiegħu fil-konfront tar-relazzjoni u l-persuna l-oħra.

Anke l-mod kif wieħed jikkomunika, t-tip ta’ ħajja emozzjonali li affaċċjaw matul is-snin u l-bżonnijiet u x-xewqiet ta’ dak li jkun, jikkontribwixxu sabiex jagħmlu r-relazzjoni “stramba” jew forsi, kelma isbaħ hija: unika.

Infatti, dik hija eżatt id-deskrizzjoni ideali: kull relazzjoni hija unika. Allura, biex tkun ta’ suċċess wieħed għandu bżonn ħafna paċenzja, jifhem lill-persuna l-oħra u jikkomunika b’mod effettiv.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com