Attività għall-familja kollha fi Ġnien Romeo Romano nhar is-Sibt 6 ta’ April
Il-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ser itella’ attività għall-familja kollha b’diversi logħob għat-tfal, krafts, puppet shows, face painting, sand crafts, bouncy castle, realtà virtwali, kant, mużika u bla dubju nhar is-Sibt 6 ta’ April 2024 fil-Ġnien Romeo Romano. L-ikel u xorb ma jonqsux.
Din l-attivita’ se tibda fl-għaxra ta’ filgħodu u tkompli sal-erbgħa ta’ wara nofsinhar.
Flimkien mal-kampanji tas-Saving Our Blue u l-ClimateOn, se jkun hemm diversi entitajiet fi ħdan il-ministeru b’ Informazzjoni ta’ kif wieħed jista’ jipprattika prattiċi sostenibbli fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Din l-attività hija okkażjoni biex il-familji Maltin iqattgħu iżjed ħin ta’ kwalità flimkien u jgawdu l-ambjent naturali f’wieħed mill-ġonna sbieħ f’Malta.
B’hekk, ingħaqdu mal-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u r-Reġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għal ġurnata ta’ divertiment għall-familja kollha nhar is-Sibt 6 t’ April fi Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera.
Id-Dħul huwa b’xejn. Titilfux din l-opportunità!