B’dan il-prodott tista’ tagħmel differenza kbira għall-ambjent…Ara x’inhu!
Ma naħsibx li nkunu qed ngħidu xi ħaġa ġdida jekk infakkru li hemm bżonn li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu sabiex nipproteġu lil din il-pjaneta li nsejħulha darna! Il-parti tagħna nistgħu nagħmluha b’diversi modi. Hemm min joqgħod attent fejn jidħol il-konsum tal-ilma. Hemm min jara li ma jaħlix dawl bl-addoċċ. Imbagħad hemm min jibdel prodotti li jagħmel użu minnhom ta’ kuljum għal oħrajn aktar ekoloġiċi bħad-deterġent ta’ FreeBubbles.
Għaliex huwa daqshekk tajjeb għall-ambjent dan id-deterġent?
- Jgħin fit-tnaqqis tal-iskart tal-plastik hekk kif kull min jixtri d-deterġent ta’ FreeBubbles jista’ jixtrieħ f’kontenitur magħmul minn materjali 100% riċiklati u riċiklabbli. Apparti minn hekk tista’ tieħu kontenitur li diġà għandek u tużah sabiex id-deterġent jimtela’ fih.
- Għandu formula eco-friendly li tagħmel użu minn ingredjenti bijodegradabbli u li huma ġentili għall-ambjent.
- Jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-marka tal-karbonju għax għandu inqas ippakkjar u enerġija użata fil-proċess tal-manifattura.
Apparti mill-benefiċċji għall-ambjent, dan il-prodott għandu wkoll benefiċċji oħrajn:
- Jgħinek tiffranka l-flus għax m’għandekx bżonn tixtri kontenitur ġdid kull darba.
- Għandu sistema ta’ mili mill-ġdid, faċli u malajr. Wieħed jista’ sempliċiment jieħu l-kontenitur u jferra’ d-deterġent FreeBubbles fih.
- Huwa deterġent b’saħħtu li jgħinek fit-tindif u l-ħasil tal-ħwejjeġ.
- Għandu formula li hija ġentili fuq id-drappijiet u adattata għal kull tip ta’ materjal, anke dawk delikati u għall-ħwejjeġ tat-trabi.
- Meta tagħżel FreeBubbles tkun qed turi s-sapport tiegħek mal-komunitajiet lokali. Dan hekk kif l-ingredjenti li bih isir il-prodott huma kollha lokali.
- Intant, parti mill-qligħ fuq kull bejgħ imur għal inizjattivi ambjentali u proġetti komunitarji.
- Jagħmel parti mill-inizjattiva Bring Your Own Container li qed tgħin lil Malta fil-proċess tagħha ta’ tranżizzjoni għal ekonomija ċirkulari.