Bħal-lum beda l-Interdett … tafu x’kien???

Fit-8 ta’ April tal-1961, il-Malta Labour Party kien irċieva l-interdett mingħand l-isqfijiet.
L-interdett personali ngħata lil dawk kollha li kienu ħadu sehem fil-laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-15 ta’ Marzu.
Dan kien ingħata għax, skont l-Isqfijiet, l-Eżekuttiv flok irtira l-istqarrija dwar il-politika tal-partit, kien sejjaħ konferenza ġenerali dwarha.
Kull min kien iħaddan twemmin soċjalist jew kien jivvota lill-Partit Laburista, kien jitqies li qed jagħmel dnub mejjet. Dan wassal għal ħafna tabtijiet fil-familji. Dak kien żmien meta r-reliġjon kienet għal qalb iżjed il-poplu tagħna.
Saħansitra, nies li ma setgħux jindifnu fiċ-ċimiterju bħal kulħadd.
Dan biex l-istorja titfakkar.