Jekk hawn kelb jinbaħ ħdejja billejl, x’suppost nagħmel?

 Jekk hawn kelb jinbaħ ħdejja billejl, x’suppost nagħmel?

L-ewwelnett, jiddependi mill-ħin. Jekk ikun għadu kmieni, jiġri li mhux dejjem nindunaw jew nagħtu kas. Imma iżjed ma jidħol illejl u taqa’ s-satra, il-ħsejjes donnhom jamplifikaw ruħhom u nibdew ninnutaw kollox.

Nisimgħu iżjed il-karozzi jew xi ħadd li għadu għaddej jaħdem f’xi sit ta’ kostruzzjoni viċin. Imma jekk ikun kelb, tinfixel. X’se tagħmel?

L-ewwel prova ara tafx ta’ min hu u iġbed l-attenzjoni. Jekk dan mhux possibbli, u l-kelb qed jinbaħ b’mod kontinwu, ċempel l-awtoritajiet fuq in-numru 1717. Ovvjament, jekk ma jirnexxielekx matul illejl, ikollok tipprova la jisbaħ imma tista’ ċċempel l-għassa biex tinġibed l-attenzjoni.

Meta tagħmel hekk, ma jfissirx li int għandek għall-kelb, anzi kapaċi tkun tħobbhom ħafna u qed tinkwieta li l-kelb ġralu xi ħaġa apparti li matul illejl jista’ jtelliflek ir-raqda.

Mill-bqija, prova mmedita ftit jew aljena ruħek. Nisperaw dejjem, li almenu l-kelb ma jkunx immaltrattat.

L-annimali tagħna rridu nħobbuhom f’kull mod possibbli. Jekk tarbija qed tibki, naraw xi ġralha. L-istess annimal. Dawn huma ħolqien ħaj.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com