“Bil-ġenn li għandi f’ħajti qas ċans innaddaf id-dar ma fadalli…”

 “Bil-ġenn li għandi f’ħajti qas ċans innaddaf id-dar ma fadalli…”

Il-ħajja tal-lum saret wisq u wisq mgħaġġla. Minn ħaġa għall-oħra, ġieli qas nindunaw li diġà saru t-tmienja ta’ filgħaxija u għadna qas tfajna load fil-washing machine, la bdejna nsajru u lanqas tajna d-daqqa ta’ kinsa li ilna ngħidu li ħa nagħmlu xi erbat ijiem.

F’dan l-artiklu, aħna ta’ Strada Rjali se nippruvaw nissuġġerulkom xi ftit affarijiet li tistgħu tagħmlu sabiex qalb il-ġenn tal-ħajja ta’ kuljum, issibu ħin tnaddfu mingħajr ma tissaggrifikaw il-ħin tar-rilassament.

 

  1. Naddaf inti u għaddej – jekk kilt it-toast fi plattina, il-plattina aħsilha malli tlesti. Aħjar milli tħalliha fis-sink imbagħad tispiċċa trid taħsel turrun platti f’daqqa. Jew inkella, jekk se titla’ sa fuq u għandek il-puġġaman tat-taraġ għandu bżonn tfarfira, inti u tiela’ ħu biċċa miegħek u tih tfarfira. 
  2. Ipprepara lista ta’ affarijiet li tixtieq tagħmel ta’ kuljum biex tgħalaq il-ġurnata. Per eżempju tgħid li qabel ma tmur torqod, taħsel il-platti li jkun hemm fis-sink, tagħti mesħa l-uċuħ tal-kċina, u tpoġġi l-oġġetti li użajt matul il-ġurnata lura f’posthom.
  3. Uża prodotti li huma “multipurpose”, jiġifieri li huma tajbin għal diversi tipi ta’ għamara. Per eżempju, jekk se tagħti mesħa l-għamara, għażel deterġent li huwa tajjeb għal għamara differenti, minflok toqgħod tieqaf u tibdel id-deterġent għal kull biċċa għamara li għandek.
  4. Jekk issib ftit ċans tnaddaf, agħti prijorità lill-partijiet tad-dar li tuża’ ta’ spiss, bħas-salott, il-kċina u l-kamra tal-banju.
  5. Fejn tista’, speċjalment jekk tgħix ma’ xi ħaddieħor, iddelega. Il-ħajja mgħaġġla għal kulħadd, allura ma jfissirx li jekk tgħix ma’ ħaddieħor, ir-responabbiltà li d-dar tinżamm nadifa għandha taqa’ fuqek biss. Ftiehem ma’ dak li jkun u aqsmu x-xogħol sabiex ħadd ma jispiċċa stressat iżżejjed biex ilaħħaq ma’ kollox. 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com