“Ejja għall-punt!” 4 punti biex jgħinuk tikteb e-mail

 “Ejja għall-punt!” 4 punti biex jgħinuk tikteb e-mail

Hawn min m’għandux daqshekk abbiltà li jispjega fil-qosor u jirrikorri għal spjega twil ma tispiċċa qatt.

Dlonk ngħidulu: “Ejja għall-punt!” It-tidwir mal-lewża kapaċi jnerviżna. Imma mhux kulħadd jaf iqassar. Fid-dinja mgħaġġla tal-lum, sirna rridu kollox malajr u nistennew li dak li jkun jgħid li għandu jgħid u mmexxu.

X’għandek tagħmel biex tidra tkun għall-punt fi kliemek?

  1. Aħseb fuqhiex se titkellem.
  2. Ara s-suġġett prinċipali.
  3. Għidu ġo qalbek u spjegah lilek innifsek.
  4. Uża kliem li żżomm l-attenzjoni ta’ dak li jkun bħal ‘bilħaqq… mhux talli hekk … isma’ din… u oħrajn!”

Tidra u tħossok aħjar li l-messaġġ tiegħek jasal iżjed ċar u jagħtu kasek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com