Prim ħu bajda…it-tradizzjoni li twaddab bajda lejn politiku

 Prim ħu bajda…it-tradizzjoni li twaddab bajda lejn politiku

Riċentament, storja li kienet fuq fomm kulħadd kienet dik ta’ kif il-mexxej tal-Partit ABBA, Ivan Grech Mintoff, waddab bajd lejn saqajn il-Prim Ministru Robert Abela. Dan seħħ waqt li l-Prim Ministru kien qed jagħmel id-diskors tiegħu f’Jum il-Ħelsien, fejn Grech Mintoff insista li l-Gvern kurrenti qed “jeqred” in-newtralità ta’ Malta.

Dan il-każ li jinvolvi s-suttar tal-bajd lejn politiċi la hu tal-ewwel u lanqas hu uniku għal Malta. Infatti, inċidenti tat-tip ilhom jinstemgħu mill-1500 madwar id-dinja. Imma għaliex isir hekk? Wieħed jaħseb forsi għax il-bajd huwa ingredjent li ssib fil-kċina, nistgħu ngħidu, ta’ kulħadd, jiswew ftit u huwa mod li kif turi li ma taqbilx ma’ xi ħadd mingħajr ma tagħmel danni permanenti. Huwa l-mod ta’ kif matul l-aħħar 500 sena, l-umanità esprimiet il-frażi: “kemm int tan-nejk” fil-konfront ta’ persuni fil-poter.

Hemm ċans li din “it-tradizzjoni” ħarġet mid-dinja tat-teatru. Dan hekk kif fis-snin meta kienet tirrenja r-Reġina Eliżabetta, l-ewwel waħda, l-udjenza kienet twaddab il-bajd lejn atturi li kienet tqis li ma kinux tajbin. Din l-użanza mbagħad imxiet barra mit-teatru u bdiet tintuża fil-konfront ta’ mexxejja politiċi u anke priġunieri.

Inti temmen li hemm modi aktar edukati biex nuru d-dispjaċir tagħna għall-politiċi?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com