Fatti dwar il-mużika li żgur xi darba jew oħra esperjenzajthom
Studju li sar fl-2001 beda jitfa’ dawl fuq il-għaliex il-mużika tgħinna nħossuna tajjeb.
Ix-xjentisti Anne Blood u Robert Zatorre mill-Università ta’ McGill f’Montreal provdew xi risposti billi użaw reżonanza magnetika li wriet li nies li jisimgħu mużika pjaċevoli, jattivaw partijiet mill-moħħ li jissejħu limbic u paralimbic. Dawn huma konessi mas-sistema ewforika ġo fina. Joħolqu dak li jissejjaħ dopamine. Pjaċir li jiġi meta ġo fik ikollok splużjoni ewforika anke meta tiekol xi ħaġa bnina ħafna, fis-sess, u sfortunatament bl-użu tad-droga wkoll.
Fil-fatt, meta bniedem juża d-droga jingħad li jibqa’ jieħu minnha, biex mingħalih jerġa’ jipprova jakkwista dak il-pjaċir li jkun ħa fl-ewwel darba. F’dan il-każ, fid-droga, din ma sseħħx u għalhekk il-user, jibqa’ jipprova jieħu iżjed.
Fil-mużika, din tibqa’ tinħoloq bl-istess stil. Il-mużika tiġi d-dopamina tiegħek u tiba’ tkun trid tismagħha, anke jekk tirrepeti l-istess trakka.
Is-sabiħ fil-mużika huwa li int tkun tista’ tassoċċja dak li trid tisma’, mal-burdata li għandek. Meta tkun imdejjaq jew emozzjonat, tisma’ mużika bi stil mod. Meta tkun ferħan, tkun trid tisma’ iżjed briju.
Dawn huma fatti li żgur xi darba jew oħra esperjenzajniehom.