Fatti sbieħ li forsi ma tafx fuq Malta u Għawdex … Kont tafhom?

 Fatti sbieħ li forsi ma tafx fuq Malta u Għawdex … Kont tafhom?

Il-gżejjer Maltin huma ġawhra fil-Mediterran. Huwa fi dmirna li nippreservaw is-sabiħ u t-tajjeb, u jekk nagħmlu l-progress, li bla dubju jrid isir, nirrispettaw anke l-wirt u l-estetika ta’ pajjiżna.

Kont taf li:

  1. It-tempji Megalitiċi ta’ Malta huma fost l-eqdem fid-dinja, saħansitra qabel Stonehenge tal-Ingilterra u l-piramidi fl-Eġittu.
  2. Malta hija waħda mill-iżgħar pajjiżi fid-dinja b’total ta’ 316 kilometru kubu
  3. Malta għandha storja rikka immens fejn il-poplu jħobb l-iżjed, b’għożża kbira lill-era tal-kavallieri u l-fortifikazzjonijiet. Imma mhux biss, l-istorja ta’ pajjiżna hija mħawwra sew.
  4. Malta kienet abitata ‘il fuq minn 7,000 sena ilu b’evidenzi ta’ għixien u strutturi Neolitiċi li jmorru lura għal madwar 5,200 sena qabel kristu.
  5. Il-Falkun Malti (The Maltese Falcon) hija novella klassika ta’ Dashiell Hammett li ssawret fuq statwa prezzjuża li jingħad li saret f’Malta.
  6. Id-dgħajsa tradizzjonali Maltija; il-luzzu hija mżejna b’motivi kkuluriti fosthom l-għajn li kienu jemmnu ħafna li tbiegħed l-ispirti ħżiena u ġġib ix-xorti lis-sajjieda.

Hemm ħafna u ħafna biex niftaħru. Ejjew inħobbu lil pajjiżna u ma mmaqdruhx fejn ma jistħoqlux ikun immaqdar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com