Għaliex jgħidulha l-Ordni tas-Santu Sepulkru?

 Għaliex jgħidulha l-Ordni tas-Santu Sepulkru?

Ir-relazzjoni bejn l-Art Mqaddsa u l-Ordni tas-Santu Sepulkru, tmur lura sekli sħaħ. Fil-bidu tal-Kruċjati, għalkemm l-ordni ma kienx għadu organizzat, kien hemm individwi li kienu jikkumbattu biex jipproteġu l-Qabar ta’ Kristu.

Dan baqa’ jseħħ sa madwar l-1500’s. Minn hemm ‘il quddiem, imbagħad, baqgħu jmorru diversi pellegrini, u fil-fatt biex wieħed seta’ jsir kavallier, ried bilfors isir minn idejn il-kustodju tal-Art Mqaddsa, allura bilfors f’ Ġerusalemm.

L-Ordni mbagħad ġie ri-organizzat fl-1848, fejn kien anke twaqqaf il-Patrijarkat Latin ta’ Ġerusalemm. Fil-fatt minn dak iż-żmien, l-Ordni qiegħed hemm għas-solleċitudni tal-Papiet biex isostni l-preżenza Kristjana fl-Art Mqaddsa.

Illum biss biss, l-Ordni jiffinanzja l-operat tal-Patrijarkat, fejn hemm skejjel, sptarijiet, parroċċi eċċ eċċ. Dan minbarra li huma ħafna dawk li jsostnu dawn l-opri, permezz ta’ pellegrinaġġi.

Ovvjament, illum wieħed m’għandux għalfejn imur Ġerusalemm biex isir Kavallier jew Dama, għax jeżistu madwar 65 Logutenenza mxerrdin f’40 pajjiż fej isiru Investituri.

Dan juri li hemm rabta unika bejn l-ordni u l-Art Mqaddsa. Proprju din l-Ordni, għandha privileġġ speċjali fejn il-Gran Mastru jinħatar direttament mill-Papa, minn fost il-Kardinali tal-Kurja Rumana.

L-eżistenza tal-Ordni qiegħda hemm għas-sostenn tal-Kristjani fl-Art Mqaddsa. B’mod responsabbli ngħid, li mingħajr l-Art Mqaddsa, l-Ordni jitlef l-identità tiegħu.

Il-Logutenenza Maltija hija taħt il-kordinazzjoni abbli tal-Ambaxxatur Logutenent Roberto Buontempo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com