Għada se ssir il-parata annwali tal-iScouts u l-Girl Guides

 Għada se ssir il-parata annwali tal-iScouts u l-Girl Guides

Festa mill-isbaħ u okkażjoni perfetta biex tara baħar ta’ membri f’dawn l-assoċjazzjonijiet fil-Furjana u l-Belt Valletta.

Il-President L-Eċċellenza tagħha Myriam Spiteri Debono għal l-ewwel darba ser tkun qed tippresedi il-parata anwali ta’ l-iScouts u l-Girl Guides li se ssir għada l-Ħadd 21 t‘April 2024. L-Eċċellenza tagħha ser tieħu is-salut ta’ mijiet ta’ beavers u d-dolphins, cubs u brownies, guides u scouts, ventures u rangers, rovers u senior rangers, flimkien mal-leaders u l-mascots tagħhom, li se jkunu qed jimmarċjaw bl-uniformi tul Triq ir-Repubblika.

Il-parata se tkun qed tiġi mmexxija mil-membri tad-distrett t’Għawdex li se jkunu qed jattendu quddiesa ta’ radd il-ħajr ġewwa l-knisja parrokjali tal-Furjana fid-9 ta’ filgħodu.

Il-quddiesa se tiġi ċċelebrata mill-Eċċelenza tiegħu l-Isqof Joseph Galea Curmi. L-iScout Fellowship u d-distretti ta’ Tramuntana, n-Nofsinhar u Ċentrali se jkunu qed jimxu wara id-distrett t’Għawdex. L-Eċċellenza tagħha il-President ser tkun qed tirċievi is-salut fuq dais quddiem il-Palazz
Presidenzjali ġewwa l-pjazza ta’ San Gorġ.

Triq Sarria se tkun magħluqa għat-traffiku fid-9.30am hekk kif gruppi oħra tal-iScouts u Girl Guides jibdew jaslu l-Furjana biex jagħmlu fall in u jippreparaw għall-marċ li jibda fil-10.45am. Il-parata se tibda mill-junction tat-traffiku ħdejn il-Monument tal-Indipendenza u tgħaddi minn quddiem il-lukanda Phoenicia. Il-gruppi mbagħad ikomplu jimmarċjaw madwar il-
Funtana tat-Tritoni bħallikieku sejrin lejn il-Valletta Football Ground.

Imbagħad il-parata iddur fuq il-lemin permezz tar-rampa bejn il-pjanti biex tidħol f’Bieb il-Belt Valletta u timxi ‘l isfel minn Triq ir-Repubblika lejn il-Palazz Presidenzjali, fejn l-Eċċellenza Tagħha il-President tieħu s-salut.

Malli jgħaddu minn Pjazza San Ġorġ, il-gruppi jduru fuq il-lemin fi Triq l-Arċisqof u mbagħad jduru għal triq il-Merkanti. Il-parata tispiċċa quddiem il-Berġa ta’ Kastilja u ż-żona qrib il-Kavallier ta’ San Ġakbu.

L-iskeda

08:45 – Wasla tal-Gruppi/Taqsimiet tad-distrett t’Għawdex li jattendu l-quddiesa. L-istess Gruppi/Taqsimiet jkunu bilqiegħda ġewwa l-knisja parrokjali tal-Furjana flimkien mal-membri Parlamentari, VIPs, National Scout Council, Girl Guides Council u National Board, The Trefoil Guild u Scout Fellowship.

Awguri minn qalbna lil dawn iż-żewġ assoċjazzjonijiet kbar dinjijn li f’Malta, għandhom preżenza qawwija u jagħmlu ħafna ġid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com