Għadek tagħti tour tad-dar meta jkollok il-mistednin?
Drawwa antika li meta familja kienet tistieden lil xi ħadd għal xi festin, ikla jew kafè, iddawwarhom mad-dar u turiehom kamra kamra.
Min jiftakarha din?
Illum, għad hawn min jagħmilha imma ssib ħafna li jgħidulek, “nagħmilha biss ma’ ħbieb tal-qalb”. Anke minħabba l-fatt, li forsi l-fiduċja f’xulxin naqset għaliex inġarrbu esperjenzi u nitgħallmu minnhom.
Huwa minnu dan li qed ngħidu? Mill-banda l-oħra, għandek għalfejn turiehom darek?
Fil-verità, kienet xi ħaġa ħelwa fejn dak li jkun, bħal donnu jrid jaqsam mal-mistednin l-imkejjen fejn jgħix u juriehom daru.
Iż-żmien jinbidel u jbiddel. Jibqgħu biss memorji u tifkiriet, anke tal-użanzi u d-drawwiet.