Għaliex insemmu lil Santa Barbara waqt is-sajjetti?
Tinstema’ spiss: Santa Barbara, la deni u lanqas ħsara … meta jfaqqgħu s-sajjetti.
Imma għaliex insemmu lilha? Isir ħafna talba lilha, iżjed qabel milli llum. Din il-qaddisa hija kkunsidrata bħala l-qaddisa li tipproteġi lin-nies waqt is-sajjetti u anke l-beraq. Imma mhux biss!
Hija kkunsidrata bħala l-qaddisa li hija patruna tal-bombardieri tal-artillerija u anke dawk li jaħdmu fil-minjieri bl-isplussivi. Forsi b’hekk hemm il-konnessjoni mal-beraq.
Fl-ikonografija u pittura, Santa Barbara tiġi murija/impenġija b’torri bi tliet twieqi fl-isfond u għamla ta’ kanun ħdejha wkoll.
Santa Barbara hija ċċelebrata fl-4 ta’ Diċembru.