Tiftakruhom iż-żrieżaq tal-ħadid? Iż-żmien ibiddel kollox

 Tiftakruhom iż-żrieżaq tal-ħadid? Iż-żmien ibiddel kollox

Konna niġġennu jekk l-omm u l-missier isaqsuna “Immorru l-bandli?” Hekk jibqgħu t-tfal; l-għors tagħhom jieħdu gost bis-sempliċità u jqattgħu ftit ħin jiġri l’hinn u l’hawn f’imkejjen siguri fejn daqqa jitbandlu, daqqa jduru mejt fid-dawra durella u jiżżerżqu u iżjed.

Dari, il-bandli kienu jkunu tal-ħadid. Il-bandla bil-post fejn tpoġġi kien jinkludi xi tyre u stangetta tal-ħadid biex tipprevjenik milli taqa’.

Illum il-bandli saru xorta oħra. Tal-plastik iebes biex it-tfal ma jweġġgħux jekk jaqgħu u jaħbtu magħhom. Iż-żmien tal-gundalli għax ħbatt mal-bandla għadda.

Imma t-tifkiriet ġo moħħna; min għandu ċerta età, jibqgħu sbieħ. Spiss konna nżartu xi qalziet jew dublett minħabba xi musmar/pin fil-bandla jew inkella dik l-iskossjatura fiż-żurżieqa fejn pjanċa kienet tkun magħquda ma’ oħra fi triqtek minn fuq għal isfel.

Kemm huma sbieħ it-tifkiriet. Għadna ngħożżuh biżżejjed il-mument sempliċi jew anke minn tfal intlifna fuq it-teknoloġija tat-tablets f’idejna l-ħin kollu?

Ritratt: Jesmond Bonnici/ Bandli tar-Rabat 1963

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com