Għall-ewwel darba f’50 sena, l-ekwipaġġ tal-kabina fuq il-linja nazzjonali ta’ Malta mhux se juża din.

 Għall-ewwel darba f’50 sena, l-ekwipaġġ tal-kabina fuq il-linja nazzjonali ta’ Malta mhux se juża din.

Il-fatt li tħabbar li l-lingwa uffiċċjali li se tkun qed tintuża fuq KM Malta Airlines hija l-Ingliż u mhux aktar, flimkien mal-Malti, jidher li ma niżlitx tajjeb mal-poplu Malti.

Bosta kienu dawk li rrikorrew għall-midja soċjali biex jesprimu d-diżappunt tagħhom anke f’mument, fejn qed isir sforz kbir biex il-lingwa Maltija tissaħħaħ saħansitra fil-Parlament Ewropew.

Dan se jkun ifisser, li għall-ewwel darba f’50 sena, l-ekwipaġġ tal-kabina fuq il-linja nazzjonali ta’ Malta mhux se juża aktar il-Malti.

Jekk l-avviżi li jsir fuq l-ajruplani jgħinu f’każ ta’ attenzjoni speċjalment f’mumenti li jitolbu s-sigurtà massima, il-lingwa għandha tkun bil-Malti wkoll flimkien mal-Ingliż għaliex hawn nies li bl-Ingliż ma jifhmux.

Wara kollox, aħna Maltin. Linji oħra jsellmu lill-passiġġieri tagħhom bil-lingwi tagħhom flimkien mal-Ingliż biex kulħadd jifhem. Allura għaliex bil-Malti le?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com