San Pawl il-Baħar huwa l-aktar popolat f’Malta – Reġjun Tramuntana

 San Pawl il-Baħar huwa l-aktar popolat f’Malta – Reġjun Tramuntana

San Pawl il-Baħar huwa lokalita’ fir-Reġjun tat-Tramuntana ta’ Malta u s-sede tal-Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana jew kif inhu iżjed magħruf, Reġjun Tramuntana, u qiegħed sittax-il kilometru (9.9 mil) fil-majjistral mill-kapitali Valletta. San Pawl il-Baħar huwa l-aktar post popolat f’Malta u għandu l-ogħla persentaġġ ta’ residenti barranin.

Ismu jirreferi għan-nawfraġju ta’ San Pawl kif dokumentat fl-Atti tal-Appostli fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl ħdejn San Pawl il-Baħar, fil-vjaġġ tiegħu minn Ċesarija għal Ruma, li poġġa l-pedamenti tal-Kristjaneżmu fil-gżira.
Burmarrad, Wardija, San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba, Xemxija, San Martin, kif ukoll partijiet mill-Bidnija u l-Mistra kif ukoll l-Imselliet u l-Imbordin, jiffurmaw parti mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Iż-żona tal-lokalità hija 14.47 km2.

fl-2023 il-popolazzjoni kienet tammonta għal madwar 36,000. Dan jitla’ għal fuq min 60,000 bejn Ġunju u Settembru bir-residenti Maltin u t-turisti li jalloġġaw fil-lukandi, speċjalment f’Buġibba u l-Qawra. In-naħa lejn it-Tramuntana hemm il-Bajja tal-Mistra, u l-gżira ta’ San Pawl.

F’San Pawl il-Baħar tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Marija Sultana tal-Martri f’Lulju. Insibu banda waħda bl-isem ta’ Soċjetà Mużikali San Pawl.
F’dan il-lokal insibu wkoll fdalijiet arkeoloġiċi li jmorru lura għal madwar 4,000 sena Qabel Kristu. Fosthom, it-tempji megalitiċi f’Buġibba u x-Xemxija. Insibu wkoll il-cart ruts (raddi) fil-parti li tissejjaħ Wardija Ridge f’Busewdien. San Pawl il-Baħar kien ukoll port importanti għall-perjodu Ruman fejn fix-Xemxija nstabu saħansitra banjijiet Rumani u anke ankri.

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jikkonsisti mis-Sindku Alfred Grima, Viċi Sindku Carlos Zarb u ħdax-il Kunsilliera li huma: Anne Marie Fenech, Daryl Connor, Anthony Delia, Alfred Bray, Paul Bugeja, Mario Salerno, Stephen Cremona, Anthony Angelo Attard, Christopher Vella Petroni, Antoinette Bezzina u Mary Borg.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com