Ħames modi biex tikkontrolla l-istress fuq il-post tax-xogħol
Il-ħajja tagħna llum il-ġurnata saret wisq stressanti. Ir-raġuni prinċipali ħafna drabi hija li jkollna ħafna x’nagħmlu fuq il-post tax-xogħol, tant li nispiċċaw għajjiena mejta sa filgħaxija u allaħares min ikellimna!
F’dan l-artiklu se ngħidulkom ħames metodi prinċipali li jistgħu jgħinukom tnaqqsu l-istress f’ħajjitkom!
- Wieħed mill-modi li jwassluk sabiex iżżid mal-istress tax-xogħol huwa li taqbeż il-ħin tal-pawża. Kemm għalik personali, iżda anke għal-livell tal-kwalità tax-xogħol tiegħek, huwa importanti li tieħu pawża kuljum.
- Tgħallem ikkontrolla l-intelliġenza emozzjonali tiegħek, dan tkun tista’ tikkomunika b’mod aktar effettiv, tevita problemi u kunflitti żejda, filwaqt li tilħaq l-għanijiet tiegħek fuq il-post tax-xogħol.
- Evita persuni li tħoss li jżidulek l-istress u li moħħhom biex igergru jew li dejjem jitkellmu fuq suġġetti kontroversjali li joħolqu diskussjonijiet żejda u bla bżonn.
- Tgħallem għażel il-prijoritajiet. Ħafna drabi se jkollok ħafna iktar x’tagħmel minn dak li hu possibbli jsir f’ġurnata. Allura huwa importanti li titgħallem tipprepara lista kuljum li twasslek sabiex tibda bl-aktar affarijiet urġenti u importanti.
- Agħraf meta għandek titlob l-għajnuna. Li titlob l-għajnuna mhux sinjal ta’ inkompetenza, anzi huwa sinjal ta’ intelliġenza għax turi li kapaċi tgħaraf il-limitazzjonijiet tiegħek qabel ma’ jkun tard wisq.