“Iċċempilli t-tifla li waqgħet ġo gandott…” – Phyllisiene Brincat iddiżappuntata
Fuq il-midja soċjali tagħha, il-kantanta Phyllisiene Brincat spjegat mument li ġara lit-tifla tagħha u li forsi juri wkoll kif is-soċjetà qed tinbidel u mhux dejjem għadha tagħti kas u tagħti l-għajnuna f’każ ta’ bżonn.
“Iċċempilli t-tifla li waqgħhet ġo gandott. META SA NITGĦALLMU MA NKUNUX TRASKURATI U EGOISTI F’XOGĦLNA???? Rawha wkoll xi rġiel u ħadd ma taha għajnuna!!! 𝑸𝒂𝒍𝒃 𝒊𝒍-𝒃𝒏𝒊𝒆𝒅𝒆𝒎 𝒘𝒂𝒔𝒍𝒆𝒕 𝒔’𝒉𝒂𝒘𝒏???”, saqsiet Brincat.
Jista’ jkun li mhux dejjem għadu jimpurtana minn xulxin? Jista’ jkun li ġieli (mhux f’dan il-każ), sirna nippreferu li niġbdu filmat għal fuq facebook qabel ngħinu lil xulxin?
Intom x’taħsbu dwar dan?
Nawguraw lil bint Phyllisienne Brincat li tkun tajba malajr kemm jista’ jkun.