“Id-dinja tax-xogħol qed tinbidel”…ara kif!
Meta taħseb dwar il-futur tax-xogħol, kif timmaġinah? Taħseb li l-uffiċċji u l-kumpaniji se jkunu simili għal kif qed narawhom illum, jew differenti? Forsi timmaġina l-fabbriki mimlija robots, jew taħseb li x-xogħol se jibqa’ jsir minn umani?
Filwaqt li nafu li l-futur qatt ma tista’ tbassru b’ċertezza assoluta, xi ħaġa li hija ċara hija li d-dinja tax-xogħol qed tinbidel. Infatti, riċerka li saret minn McKinsey & Company sabet li:
- Wieħed minn kull 16-il ħaddiem jaf ikollu jibdel l-impjieg tiegħu sal-2030.
- Se jkun hawn aktar xogħlijiet fejn jidħlu bżonnijiet ta’ ħiliet speċifiċi bħal fejn tidħol is-saħħa, ix-xjenza, it-teknoloġija u l-matematika, fost oħrajn.
- Ċerti xogħlijiet jistgħu jkunu f’riskju li jintilfu hekk kif supermarkets differenti qed iżidu l-opzjonijiet ta’ self-checkout, filwaqt li robots qed jibdew jagħmlu xogħol repetittiv f’ħafna uffiċini.
Dan it-tibdil fid-dinja tax-xogħol ma ġiex instigat biss mill-perjodu li għaddejna bil-famuż COVID-19, iżda wassal sabiex jagħti spinta għal tibdiliet li diġà kien hawn diskussjonijiet li qed isiru dwarhom. Dawn jinkludu:
- Żieda fix-xogħol mid-dar u meetings virtwali.
- Aktar użu ta’ pjattaformi e-commerce.
- Aktar użu ta’ sistemi awtomatiżżati u intelliġenza artifiċjali.
Jinteressak dan l-istudju? Aqra aktar minn hawn.