Idħol fl-artiklu u vvota għas-simbolu l-ġdid tal-Malta Premier

Id-dilettanti kollha tal-football se jkunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar liema għandu jkun is-simbolu l-ġdid tal-kampjonat tal-Malta Premier.
Wara sejħa pubblika ġew sottomessi 68 disinn għall-kunsiderazzjoni. Minnhom ġew magħżula 4 li dwarhom qed tintalab opinjoni mingħand il-pubbliku.
Il-kunċett li dwaru ntalbu disinji kien dak tal-Falkun Malti, li hu simbolu Nazzjonali magħruf ħafna madwar id-dinja.
Biex tivvota għas-simbolu favorit tiegħek idħol fuq https://maltapremierleague.mt/
Il-votazzjoni tagħlaq fit-30 ta’ April 2024.
Għoġbukom?