Il-festa magħrufa biex in-nies ikollhom l-ewwel għawma

 Il-festa magħrufa biex in-nies ikollhom l-ewwel għawma

Għal sena oħra, se jerġa’ jittella’ programm kulturali u folkoristiku marbut mal-festa tradizzjonali ta’ San Girgor, li tittella’ kull l-ewwel Erbgħa wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, u d-Direttur tal-Kultura Aleks Farrugia.

Intqal li se tingħata importanza kbira lit-tradizzjonalità, speċjalment għall-fatt li din il-festa ilha tiġi ċċelebrata mill-1543, jiġifieri għal iktar minn 480 sena.  Minbarra r-rabtiet reliġjużi, il-festa ta’ San Girgor hija magħrufa ukoll għax fiha ssir l-ewwel għawma, dejjem jekk it-temp jippermetti.

Huwa ferm sabiħ li nindukraw it-tradizzjonijiet u l-aspetti folkloristiċi f’pajjiżna. Nieħdu gost naraw inizjattivi bħal dawn li jsaħħu dak li ħolqu missirijietna.

Il-programm se jinkludi kunċert fil-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun nhar it-2 ta’ April 2024 minn KorMalta taħt id-direzzjoni ta’ Mro Riccardo Bianchi.  L-għada mbagħad, waqt il-purċissjoni mill-Kappella ta’ San Klement sal-Knisja ta’ San Girgor, ikun hemm diversi bankarelli b’elementi ta’ wirt kulturali ħdejn il-knisja ta San Girgor.

Ġnien Għanejja u l-Ġnien tal-Kmand se jieħdu l-ħajja , b’inklużjoni ta’ banda  biex iżid l-atmosfera kif ukoll jitgawda l- belvedere tal-post.

Wara nofsinhar, il-festi jkomplu max-xatt ta’ Marsaxlokk. Se jkun nofsinhar  li tipprovdi opportunità għal dawk li jattendu biex igawdu s-sbuħija ta’ Marsaxlokk kif ukoll l-ikel u l-Għana minn diversi għanejja u kitarristi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com