Bil-filmat: X’għandek tkun taf qabel ma taqta’ l-biljett lejn l-Amerka…

 Bil-filmat: X’għandek tkun taf qabel ma taqta’ l-biljett lejn l-Amerka…

Jekk bi ħsiebek tivvjaġġa barra mill-kontinent Ewropew lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, mela hemm xi affarijiet li għandek iżżomm f’moħħok. Dawn it-tip ta’ vjaġġi barra minn Malta u barra mill-Ewropa, għandhom bżonn ħafna adattament u anke dokumenti sabiex tara li tasal mingħajr problemi u tisfrutta l-ħin tiegħek f’dan il-kontinent differenti b’mod sħiħ. Hawn taħt se ssibu l-affarijiet li għandkom iżżommu f’moħħkom jekk fi żmien li ġej tixtiequ ttiru lejn l-Amerka.

  1. Għażel reġjun – l-Amerka hija enormi, u forsi bħala persuni li ġejjin minn gżira ċkejkna ma nirrealizzawx li biex, per eżempju, immorru minn New York għal California għandek aktar minn 4,600 kilometru ta’ distanza.
  2. Ippjana l-vaganza ftit aktar fit-tul – minflok ġimgħa ppjana vaganza ta’ ġimgħatejn jew tlieta ħalli tkun tista’ verament tiskopri r-reġjun li se tkun qed iżżur, jew inkella tieħu l-opportunità li żżur anke reġjun sekondarju.
  3. Ċerti postijiet fuq barra trid taqta’ biljett għalihom – taħsibx li tracks fejn tagħmel hiking huma kollha b’xejn bħal Malta. Ħafna minnhom jirrikjedu li tagħmel booking, jew tikkonferma li għandek permess biex tidħol f’ċerti żoni.
  4. It-Tnejn probabli ssib kollox, jew kważi kollox magħluq – Ħafna ristoranti, mużewijiet u attrazzjonijiet ikunu magħluqa nhar ta’ Tnejn, speċjalment fi rħula u villaġġi iżgħar.
  5. Mhux faċli ssib latrini pubbliċi – qabel ma toħroġ aħsiblu, u jekk tidħol f’restorant aħsiblu wkoll, sakemm ma tridx tarma par adult diapers qabel ma toħroġ!
  6. Ara li tħallas għal assikurazzjoni tal-ivvjaġġar – is-sistemi tal-isptar Amerikani jiswew ħafna u mingħajr assikurazzjoni, jekk ikollok bżonn għajnuna medika, tispiċċa tirċievi xi kont tal-biża’ wara.
  7. Biex tidħol l-Amerka għandek bżonn tapplika għall-visa (ETSA) – U meta tkun qed timla’ dil-formola oqgħod attent li ma tagħmilx bħal Fabrizio Faniello… jekk il-passaport tiegħek jibda b’0 niżżlu, għax iħalluk l-art!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com