Il-kompatibbilità ta’ mħabba bejn Leo u Sagittarius!
Hawn min ma jemminx fihom u hemm min jgħix bihom. Mitt bniedem, mitt fehma.
Imma interessanti dejjem żgur. Koppja li tkun tinvolvi persuna bl-istilla Leo u dik bl-istilla Sagittarius jaqblu meta jiġu biex jinħabbu imma bil-konsegwenza li jkollok ċikċifogu. Iż-żewġ stilel huma dinamiċi b’mod estrem u jgawdu l-ħajja kemm jifilħu.
Din il-koppja hija mimlija ħajja u huwa ta’ gost li tkun fil-kumpanija tagħhom, bil-persuni msemmija jinkoraġixxu lill-oħrajn biex jilħqu l-iskop tal-ħajja.
Filwaqt li s-Sagittarius huwa iżjed filosofiku, il-Leo ossessjonat li jgħix ikbar mill-ħajja.
it-tnejn għandhom amirazzjoni u rispett lejn xulxin. it-tnejn huma soċjevoli, kariżmatiċi u dħulin. It-tnejn jafu jkunu bla paċenzja wkoll. Is-Sagittarius jifflertja iżjed u l-Leo jinħaraq. F’konverżazzjoni, il-Leo jrid ikun hu li jmexxi.