Il-mezzu temp għadu eżistenti f’pajjiżna?

 Il-mezzu temp għadu eżistenti f’pajjiżna?

Dari konna nisimgħu ħafna jgħidu din il-kelma ‘mezzu temp’ jew fil-qosor, ‘mezzu’. Dan jirreferi għal dak iż-żmien bejn staġun u ieħor fejn tazzarda tilbes jew iżjed ħafif jekk ikun riesaq is-sajf, jew ftit iżjed ħwejjeġ sħan, jekk tkun qed toqrob ix-xitwa.

L-iżjed li kienet tiġri kienet bejn dawn iż-żewġ staġuni. Għalkemm hemm ir-rebbiegħa fin-nofs; li wkoll, propjament iġib miegħu temp sabiħ bi preparazzjoni għas-sajf.

Imma t-temp inbidel. Dawn huwa effett tal-klima li kontinwament nisimgħu dwarha.

Il-Gvernijiet tal-maġġoranza tal-pajjiżi fid-dinja, qed jaħdmu biex itaffu l-effetti li jinħolqu mill-bniedem fuq il-klima. Imma jista’ jkun li għadu mhux biżżejjed.

Il-kritika b’mod ġenerali tkun, li qegħdin tard wisq. Hemm imbagħad anke pajjiżi li ma jemmnux li dan il-fenomenu huwa veru, fosthom l-eks president tal-Istati Uniti, Donald Trump.

L-effetti tal-klima jinħassu u jistgħu jżidu fil-konsegwenzi li għad nesperjenzaw maż-żmien. Nibdew minna nfusna; irridu nieħdu ħsieb iżjed l-ambjent, innaqqsu l-emissjonijiet u nirriċiklaw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com