Il-Vapur t’Għawdex kien telaq fil-5pm u wasal Malta fis-1am

F’jum minnhom f’April tas-sena 1902, it-temp kien riħ qawwi mix-Xlokk u l-viżibilità kienet tant ħażina li l-laneċ ta’ Marsamxett ma kinux ħadmu lejn il-Belt Valletta.
Il-vapur t’Għawdex li kien telaq fil-5pm mill-Imġarr, kien wasal fil-Port il-Kbir l-għada fis-1 ta’ filgħodu.
Immaġinaw kemm beżgħu n-nies.
Kos hux, kultant qas nirrealizzaw l-avvanzi kbar li saru fit-trasport f’pajjiżna. Ħallieha li jekk in-natura tiddetta, jista’ mhux ikollok l-aqwa trasport għax xorta hi tirbaħ. Imma dan kien każ differenti fi żminijiet oħrajn fejn il-vapuri t’Għawdex ma kinux kif nafuhom illum.