“Smajtu kemm jiżher?” – Min? Aqrah ħa tkun taf!

 “Smajtu kemm jiżher?” – Min? Aqrah ħa tkun taf!

Il-ħsejjes li jagħmlu l-annimali għandhom kelma li tispjegaħhom. ħafna minn dan il-kliem ma tantx jintuża imma huwa kliem sabiħ u interessanti ħafna.

Dawn huma xi eżempji:

  • Iż-żiemel jiżher
  • it-tiġieġa tqaqi
  • il-qattus inewwaħ
  • il-ħanżir iħamħam
  • is-serp izekzek
  • iż-żrinġ itaqtaq
  • il-mogħża twetwet
  • il-wiżża twaqwaq
  • il-pappagall inaqnaq
  • il-balena tkanta
  • il-papra tlaqlaq

Tafu b’iżjed?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com