iNdustrijiMT: Ara x’joħolqu dawn il-printers speċjali!

 iNdustrijiMT: Ara x’joħolqu dawn il-printers speċjali!

Fl-ewwel episodju ta’ iNdustrijiMT qed nintroduċukom mal-fabbrika tal-immanifatturar ta’ prodotti permezz tat-3D printing: INVENT 3D. iNdustrijiMT huwa programm ta’ Strada Rjali li qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Malta Enterprise fejn se nkunu qed nieħdukom wara l-kwinti biex taraw il-proċess affaxxinanti li bih jiġu magħmulin diversi prodotti lokali, it-teknoloġiji li hemm bżonn biex jinħolqu u l-professjonisti b’ħiliet partikolari li jagħmluhom.

Nitgħallmu aktar dwar INVENT 3D

Il-vjaġġ biex jiġu pprintjati prodotti bit-3D printing jibda bl-għażla tal-materja prima skond dak li jixtieq il-klijent. L-esperti wara Invent 3D jaħdmu b’diversi materjali ta’ valuri differenti li jvarja minn plastik għal najlon, polikarbonati u gomma flessibli fost oħrajn. Meta dan il-materjal jitpoġġa fil-magni tat-3D printing, joħloq prodotti differenti skond il-bżonnijiet tal-klient. Fost il-prodotti li diġà kellhom l-opportunità joħolqu ta’ INVENT 3D wieħed isib trofej, statwi, apparat differenti u prostetiċi, fost oħrajn.

Il-preċiżjoni hija fattur importanti fil-proċess tat-3D printing, hekk kif il-magni awtomatizzati u l-ħaddiema jaħdmu flimkien biex jassiguraw li kull prodott ipprintjat jilħaq l-istandards neċessarji bl-inqas bżonn ta’ intervent uman wara l-proċess tal-printing.

L-għajnuna li offriet Malta Enterprise

Matul is-snin li fiha ilha topera, Invent 3D rċeviet diversi għajnuniet mill-Malta Enterprise. Fosthom, applikat għall-fond Business Start, kif ukoll ngħatat għajnuna biex takkwista apparat ġdid iktar tard. Fost l-iskemi li qed tħares lejhom bħalissa l-kumpanija hemm wkoll l-iskemi tar-Rent Subsidy u s-Soft Loan tal-Malta Enterprise.

Tixtieq titgħallem aktar dwar kif Malta Enteprise tista’ tgħinek sabiex tikseb suċċess bin-negozju tiegħek? Għafas hawn!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com