“Issib nies mit-tnejn sal-ħadd għaddejjin qishom ħa joħduhom magħhom”

Fil-ħajja l-bilanċ huwa sabiħ. Mhux dejjem ikun faċli. jiddependi mis-sitwazzjoni li inti fiha. Int biss tkun taf x’inhi l-ħtieġa tiegħek u ħadd m’għandu jindaħallek.
Imma l-bniedem maħluq biex jistrieħ ukoll. Jekk ma jkollokx imqar dik il-ġurnata libera fil-ġimgħa, il-ħajja tħobb kemm tħobb ix-xogħol tiġi tedjanti, l-istess u mimlija stress.
Meta wieħed jistrieħ, jiċċarġja. Jibdel il-ħsieb, jikkalma, jipproċessa x’inhu għaddej madwaru, isaħħaħ il-memorja, jinkoraġixxi ruħu, jimtela b’ispirazzjoni.
Huwa tajjeb li nitgħallmu nqassmu. Meta nħarsu lura xi rridu ngħidu?: “dejjem kont inkun xogħol!” jew “kemm gawdejt?!”