Min qiegħed fuq quddiem? Instagram jew TikTok?! Riżultati sorprendenti

 Min qiegħed fuq quddiem? Instagram jew TikTok?! Riżultati sorprendenti

Għall-ewwel darba fis-sena 2023, Instagram għadda lil TikTok f’aktar downloads tal-app innifisha mill-2020 l’hawn.

Dan skont data mill-kumpanija tal-intelliġenza Sensor Tower u kien irrapurtat fil-Financial Times. Fl-2023, id-downloads tal-Instagram żdiedu b’20 fil-mija filwaqt li TikTok, b’4 fil-mija.

Madanakollu, jidher li t-trend tvarja f’pajjiżi differenti.

Skont l-aħħar stħarriġ li sar f’Awwissu tas-sena li għaddiet, 2023, Instagram għandu madwar 50 biljun ritratt ippubblikat u għandu iżjed nies attivi kull xahar fuqu, milli fuq TikTok. Fil-fatt, Instagram għandu fuq 2 biljun persuna jużaw u TikTok, fuq biljun.

Dawn in-numri kapaċi jinbidlu malajr. Jiddependi x’jiġri fit-trends li jinħolqu minn min jużaħhom. Jiddependi wkoll minn features li jiżdiedu jew jitneħħew u allura, isiru iżjed faċli li tużaħhom.

L-Adoloxxenti f’Malta, jidher li TikTok iħobbuh ħafna, tant li anke meta saret ċajta tal-Ewwel t’April flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela fejn intqal li TikTok se jkun imwaqqaf f’pajjiżna, dawk li wieġbu fuq il-midja soċjali qalu: “nerġgħu mmorru lura għall-instagram.”

Min jaf x’se jiġri?! Taħsbu li Instagram għad ikun mibdul minn apps oħra? Hekk ġara lill-Hi5. Tiftakruh?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com