Jekk ma tmurx tieġ, xorta tagħti rigal?

 Jekk ma tmurx tieġ, xorta tagħti rigal?

Ftit ilu, poġġeja għad-diskussjoni l-ħsieb dwar kemm għandek jew m’għandekx tagħti bħala rigal fi flus jekk tkun mistieden f’tieġ.

Illum, ħadna aspett ieħor li forsi jitla’ fil-ħsieb spiss …. jekk ma tmurx għat-tieġ li tkun mistieden, xorta tagħti rigal?

Fil-verità, dan jiddependi minn kif taħsibha inti. La l-koppja tkun uriet ix-xewqa tal-preżenza tiegħek fl-iżjed jum għażiż għalihom, kważi kważi għandha tiġi minnek li taħseb fihom. Jekk ma tkunx mort għal xi raġuni jew oħra, tarawh rispett li xorta tagħti rigal?

Jiġri spiss, li l-ammont li nagħtu fir-rigal tat-tieġ, inqisuh li qisna qed inħallsu għall-ikel u x-xorb, meta m’għandux ikun hekk. Ma mortx ikla f’ristorant imma tieġ; ċelebrazzjoni ta’ mħabba.

Mitt bniedem, mitt fehma bħal dejjem. Intom x’taħsbu fuq dan is-suġġett?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com