L-ewwel date? Ara kif tista’ żżomm il-konverżazzjoni għaddejja

 L-ewwel date? Ara kif tista’ żżomm il-konverżazzjoni għaddejja

Jekk sejjer għall-ewwel date ma’ xi ħadd, jaf xi ftit inkwetat dwar il-fatt li meta tiltaqa’ ma’ xi ħadd għall-ewwel darba, il-kliem ma jiġix daqshekk faċli. Dan jiġri lil kulħadd, kemm jekk inti persuna li frekwentament tmur dates ma’ persuni differenti, kif ukoll jekk riċentament ħriġt minn relazzjoni twila u qed tittanta xortik biex tiltaqa’ ma’ xi ħadd u forsi tibda relazzjoni ġdida.

Aħna ta’ Strada Rjali se ngħidulkom ftit modi ta’ kif tista’ żżomm il-konverżazzjoni interessanti u għaddejja waqt l-ewwel date!

  1. Uża mistoqsijiet sempliċi u konoxxittivi meta tara li l-konverżazzjoni bħal qisu qed tmut. Staqsi mistoqsijiet bħal: “X’tieħu pjaċir tagħmel fil-weekends biex tgħaddi l-ħin?” jew “x’tip ta’ mużika tħobb tisma’?”
  2. Meta jkunu qed jirrakkuntawlek xi ħaġa dwarhom, staqsi mistosijiet dwar dak li qed jgħidu biex turi interess fihom u ttawwal il-konverżazzjoni.
  3. Staqsihom dwar il-familja tagħhom u sħabhom, u tkellem ukoll dwar il-familja tiegħek u sħabek.
  4. Tkellem magħhom dwar il-passatempi tagħkom, speċjalment biex tara hemmx affarijiet li tħobbu tagħmlu li huma komuni.
  5. X’suġġetti kurrenti riċenti qed jiksbu l-attenzjoni tiegħek u tixtieq tisma’ l-opinjoni ta’ xi ħaddieħor dwarhom? Tkellem dwar dawk!
  6. Il-ħajja professjonali tagħkom hija importanti. Tkellem dwar il-ħajja professjonali tiegħek u staqsihom dwar tagħhom. Hawnhekk tinduna wkoll jekk it-tip ta’ ħajja professjonali tagħkom tippermettix żmien biżżejjed biex tqattgħu flimkien u ssiru tafu aktar lil xulxin.
  7. Staqsihom dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom u fejn jaraw lilhom innifishom fis-snin li ġejjin.

Taħsbu li hemm punti oħrajn importanti titkellem dwarhom waqt l-ewwel date? Għidulna fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com