Jitolbuk tkun onest fil-ħajja … imbagħad jattakkawk biha! X’ironija!
Fil-ħajja li ngħixu fis-soċjetà tal-lum, nisimgħu ħafna priedki u eloġji anke fir-rigward tal-politiċi kemm l-onestà hija importanti, mitluba u sinifikanti.
Iżda, il-poplu, (mhux Malti biss għax din tiġri kullimkien), kemm japprezzaha l-onestà?
Jistenna l-onestà biex jgħajjar biha? Qatt ħsibtu dwar dan?
Ikun hemm episodji fejn in-nies l-ewwel jammirraw l-onestà ta’ nies pubbliċi, u anke ta’ ħbieb personali li ma jkunux fl-għajn pubblika, imma fl-ewwel ċans li jiġiehom, iparlaw fuqhom u jsemmulhom dak li jkunu fdaw fil-pubbliku.
Ma taħsbux li dan imur kontra l-prinċipji kollha msemmija? Kif tirreaġixxu għal min ikun miftuħ? X’messaġġ ikun qed jintbagħat? Mhux li aħjar m’għedt xejn għax issa qed ngħajrek bih?!