Kemm qed jingħataw ħarsien biżżejjed l-annimali f’Malta?

 Kemm qed jingħataw ħarsien biżżejjed l-annimali f’Malta?

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, Alison Bezzina, esprimiet il-frustrazzjoni tagħha għat-tkaxkir tas-saqajn biex jitwettqu r-riformi li huma tant meħtieġa favur il-ħarsien tal-annimali, fosthom it-tfassil ta’ regolamenti għal dawk li jieħdu ħsieb l-annimali, għat-‘trainers’ u l-‘groomers’.

Qalet li l-annimali m’għandhomx ikunu soġġetti għal dewmien burokratiku u bla bżonn.

Tinħass ukoll il-ħtieġa li jsir ‘re-homing centre’ għall-annimali miġbura kif ukoll iċ-ċimiterju għall-annimali li ilu jissemma.

Taqblu li f’pajjiżna għandu jkollna s-servizzi kollha meħtieġa għall-ħarsien tal-annimali jew qed nagħmlu ħafna storbju għaliex diġà hemm ħafna li sar?

L-annimali huma ħolqien ħaj u li jagħtuna ħafna mħabba kif ukoll terapija. Ilkoll għandna naqblu li dawn jistħoqqilhom rispett totali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com