Kif jaħdem il-moħħ ta’ persuna li għandha xi vizzju?

 Kif jaħdem il-moħħ ta’ persuna li għandha xi vizzju?

Il-vizzju qed jibda jitqies bħala marda fil-moħħ. Jekk dan il-vizzju ġej mil-akoħol, pilloli mediċinali preskritti, nikotina, logħob tal-azzard, jew xi ħaġa oħra, li tissuperah ma jfissirx biss li titgħallem “tikkontrolla lilek inniffsek”. 

Il-vizzju jiżviluppa meta ċ-ċirkwiti tal-pjaċir li jinsabu fil-moħħ jinħakmu b’tali mod li jista’ jsir kroniku u xi kultant ukoll permanenti. Dan il-proċess huwa ffaċilitat mid-dopamina.

L-aktar parti primittiva tal-moħħ, is-sistema li tippremjak, hija żviluppata b’tali mod li ssaħħaħ it-tip ta’ mġieba li għandna bżonn biex nibqgħu ħajjin, bħall-bżonn li tiekol. Meta nieklu, f’moħħna tiġi rilaxxata d-dopamina li twassalna sabiex inħossuna sodisfatti. Dan jinkoraġġik biex terġa’ tiekol mill-ġdid fil-futur.

Meta persuna tiżviluppa vizzju għal sustanza, dan ifisser li l-moħħ beda jinbidel. Dan jiġri għaliex is-sustanza toħloq rispons eċċessiv malli tilħaq il-moħħ. Minflok sempliċi sensazzjoni ta’ sodisfazzjon, diversi drogi bħal opioids, kokaina u nikotina, joħolqu sensazzjoni eċċessiva, li tinħass 10 darbiet aktar minn dik naturali.

Il-moħħ jibqa’ jiftakar din is-sensazzjoni jikkollegaha mas-sustanza relatata mal-vizzju. Meta l-użu jsir kroniku, iċ-ċirkwit tal-moħħ jadatta u jsir inqas sensittiv għad-dopamina. Intant, dak li jkun, isir aktar iddisprat sabiex iħoss din is-sensazzjoni kemm jista’ jkun ta’ spiss. Madanakollu, il-moħħ, fl-istess ħin, jibda jidra din is-sustanza u jibda jitlob għal dożi dejjem akbar sabiex jiġġenera s-sensazzjoni ta’ pjaċir l-aktar għolja li jista’ jiġġenera.

Il-vizzju jista’ jikkawża wkoll problemi fejn jidħlu l-konċentrazzjoni, il-memorja, it-tagħlim, il-parti tal-moħħ li tgħinek tieħu d-deċiżjonijiet, kif ukoll dik il-parti li tgħinek tgħaddi ġudizzju fuq dak li qed jiġri madwarek. Li tfittex id-droga u sustanzi jew pjaċiri oħra mhix deċiżjoni li tagħmel konxju, jew b’mod razzjonali, iżda hija mmexxijja mill-vizzju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com