Kif terfa’ s-suit tiegħek? Taħsilha kull darba?

 Kif terfa’ s-suit tiegħek? Taħsilha kull darba?

Is-suit/libsa tal-irġiel taf ittik ftit kedda meta tilbisha u wara tiġi biex terfagħha f’postha. Tistaqsi lilek innifsek għandekx taħsilha … le fil-każ tal-ilbiesi tal-irġiel, ma huwhiex meħtieġ li taħsilha kull darba.

Imbagħad jiddependi xi tkun għamilt biha; cioè jekk waqqajtx xi xorb jew ikel fuqha. L-aqwa mod biex taħseb libsa hija li tibgħatha f’xi servizz ta’ laundry professjonali fejn dawn ikollhom anke steamers apposta biex din wara li tinħasel, ma tibqax imkemmxa.

Min-naħa tiegħek, ara li jkollok bħal brush tajba li biha tneħħi t-tentuf u partiċelli oħra li jaqgħu fuq il-libsa b’mod awtomatiku malli tirfes mill-għatba ‘ l barra.

Uża biċċa mxarrba biex tneħħi tebgħat żgħar li jgħinuk milli toqgħod tibgħatha laundry kull darba.

Imbagħad ħu ħsieb li wara ftit użu, trid tiġi awtomatikament minnek li tieħu ħsieb taħsilha, inkella tiġik tleqq għaliex it-trabijiet tal-arja u materjali oħra, jaqbdu mal-libsa u jsiru parti minnha.

Dejjem ara li l-libsa tkun imdendla b’mod liberu fil-gwardarobba ħalli ma tiħux forom li ma tixtieqx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com