Riesaq Mejju … ix-xahar tal-fjuri. X’tista’ tħawwel?

 Riesaq Mejju … ix-xahar tal-fjuri. X’tista’ tħawwel?

Mejju ġie bil-ward u ż-żahar

Għadda l-bard, ix-xita u l-beraq

Tgħattiet l-art bin-nwar u l-weraq

Heda r-riħ, siket il-baħar.

Hekk kiteb George Cilia fuq

Kliem sabiħ u poetiku li jispjega ċar is-sbuħija tax-xahar ta’ Mejju. Dan ix-xahar huwa magħruf li jagħti ħajja lin-natura għalkemm ir-rebbiegħa tkun ilha li bdiet minn Marzu.

Imma kif nafu, it-temp iġebbed ftit u bejn xi xita tal-ħamri u bejn ir-riħ, allura Mejju jitqies l-aħjar. Xorta waħda jkun mistenni r-riħ, imma l-fjuri jisfidaw u jsebbħu kullimkien.

Fjuri mill-isbaħ li jmorru ħafna f’dan iż-żmien u li anke ġieli jservu għal sajf sħiħ humwa l-famużi petunias li minnhom hawn kull kulur u saħansitra anke b’iżjed minn kulur wieħed.

Il-Marigolds, iz-zinnia u l-lilacs huma ferm popolari wkoll u mhux inqas huma l-ġeranju. Min ma jħobbx it-tullipani jew is-sunflowers (il-fjura tax-xemx)?

Fittxuhom fuq l-internet ħalli tiskopru l-ġmiel tagħhom. U gawdu staġun bi fjuri mill-isbaħ. In-natura hija duwa. Ittik ħafna mistrieħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com